Mur għall-kontenut ewlieni
yellow circles on a green background
Navvanzaw id-deċennju diġitali tal-Ewropa

L-UE: inkunu pijunieri fit-triq lejn dinja diġitali sikura u affidabbli

L-approċċ globali pijunier tal-UE

€250 biljun
mill-programm NextGenerationEU biex tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni
€127 biljun
mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ddedikata għall-qasam diġitali
minimu 80%
tal-popolazzjoni tal-UE għandu jkollha ħiliet diġitali bażiċi sal-2030

Ir-regolamentazzjoni tal-IA u l-protezzjoni tad-data

Fil-ħarifa tal-2021, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, qablu dwar l-Att dwar il-Governanza tad-Data, li jżid il-fiduċja fl-ixxerjar tad-data. Fi Frar 2022 ġie kkomplementat bi proposta għal att dwar id-data, li jistabbilixxi regoli ġodda dwar min jista’ juża u jaċċessa d-data ġġenerata fl-UE fis-setturi ekonomiċi kollha. Il-Kummissjoni qiegħda tistabbilixxi wkoll spazji komuni Ewropej tad-data f’oqsma strateġiċi, li jinvolvu atturi privati u pubbliċi. 

1 biljun fis-sena

għandu jiġi investit fl-IA mill-Kummissjoni Ewropea

Il-bini ta’ suq diġitali aktar b’saħħtu

F’April 2022 intlaħaq ftehim fundamentali ieħor rigward l-att dwar is-servizzi diġitali, l-ewwel fid-dinja kollha fil-qasam tar-regolamentazzjoni diġitali. Dan l-att isegwi l-prinċipju li dak li huwa illegali offline jrid ikun ukoll illegali online: il-pjattaformi online u l-magni tat-tiftix kbar ħafna se jkunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti biex jipproteġu lill-utenti tagħhom minn kontenut, oġġetti u servizzi illegali. Barra minn hekk, il-pjattaformi online u l-magni tat-tiftix se jkunu meħtieġa jivvalutaw u jimmitigaw il-ħsara aktar wiesgħa li l-attivitajiet u l-algoritmi tagħhom jistgħu joħolqu għad-drittijiet fundamentali, għall-benessri tat-tfal u għad-diskors ċiviku.

Kemm l-att dwar is-swieq diġitali kif ukoll l-att dwar is-servizzi diġitali se jidħlu fis-seħħ din is-sena u se jkunu applikabbli fl-2023.

Inkunu fuq ta’ quddiem nett fis-suq taċ-ċipep

Investiment
fil-ħolqien ta’ ekosistema Ewropea taċ-ċippa
€43 biljun
f’investiment pubbliku
imressaq mill-UE u l-Istati Membri biex javvanzaw l-iżvilupp u l-manifattura taċ-ċipep
€19-il biljun
diġà investit fl-UE
mill-akbar manifattur taċ-ċippa tal-Istati Uniti

Il-fruntieri emerġenti tat-tranżizzjoni diġitali: il-finanzi u l-ispazju

Sadanittant, il-programm spazjali tal-UE diġà jipprovdi data u servizzi prezzjużi għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ta’ kuljum, minn appoġġ lit-trasport u n-navigazzjoni personali, għall-possibbiltà ta’ agrikoltura ta’ preċiżjoni u soluzzjonijiet għat-tibdil fil-klima. Fi Frar 2022 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ukoll żewġ inizjattivi ewlenin ġodda biex tqawwi l-konnettività sigura permezz tas-satelliti u l-ġestjoni tat-traffiku spazjali.

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar it-teknoloġija diġitali

L-Unjoni Ewropea qed taħdem ukoll ma’ sħab oħra tal-istess fehma fid-dinja kollha biex issawwar ir-regoli globali fl-isfera diġitali. Qed naġġornaw ir-relazzjonijiet diġitali ma’ sħab ewlenin biex nistabbilixxu r-regoli għall-kummerċ diġitali, li jorbtu dan mal-projezzjoni tar-riformi interni tagħna. Ġiet konkluża sħubija diġitali mal-Ġappun fis-summit bejn l-UE u l-Ġappun f’Mejju 2022, u għaddejjin negozjati simili ma’ Singapore u l-Korea t’Isfel.

Fuq quddiem net fir-riċerka u l-innovazzjoni

Għandha l-potenzjal li timmobilizza madwar €45 biljun minn investituri istituzzjonali privati biex tappoġġja n-negozji li qed jespandu. Barra minn hekk, l-aġenda se tistabbilixxi programm biex tħarreġ miljun individwu f’ħiliet deep-tech.

Il-Kummissjoni qed issaħħaħ ukoll l-isforzi biex jiġu mnedija proġetti tat-teknoloġija ekoloġika bit-tnedija tal-UE-Catalyst, sħubija ġdida mmirata biex tagħti spinta u żżid l-investimenti fi proġetti bbażati fl-UE b’impatt għoli f’teknoloġiji klimatiċi kritiċi (idroġenu ekoloġiku, fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, qbid dirett mill-arja u ħżin tal-enerġija fit-tul). Is-sħubija tnediet fil-COP26, u għandha l-potenzjal li timmobilizza sa €840 miljun sal-2026.

icon with a robot and an arrow

164 start-up ġdid u SMEs innovattivi

intgħażlu mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni biex jirċievu €1.3 biljun f’finanzjament għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

State of the Union banner
Kisbiet

dwar il-Kummissjoni von der Leyen