Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
L-Istat tal-Unjoni
Tmexxija tat-tranżizzjoni l-ġusta

L-ebda Ewropew ma jitħalla lura

Nagħtu lin-nies
lura x-xogħol
6 miljuni
impjiegi maħluqa fl-UE fl-2021
Rekord ta’ qgħad baxx
6% f’Ġunju 2022

Irkupru ta’ wara l-pandemija

€92 biljun
ta’ assistenza finanzjarja
ġew żborżati lil 19-il Stat Membru għall-benefiċċju dirett tar-riċevituri.
Madwar 31 miljun persuna
u 2.5 miljun ditta
fl-UE ġew appoġġjati minn SURE fl-2020 biss
Kważi 30%
tal-impjiegi totali u kwart tal-kumpaniji totali
kienu appoġġjati minn SURE fid-19-il pajjiż benefiċjarju

Għodod addizzjonali għal irkupru ekonomiku inklużiv

 

In-NextGenerationEU hu strument ta’ rkupru ta’ €800 biljun biex jgħin biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus. Huwa jappoġġja l-intrapriżi u l-iżvilupp tan-negozju, isaħħaħ is-sistemi tal-kura tas-saħħa, jiffinanzja programmi ta’ taħriġ, skemi ta’ impjieg, u jipprovdi tagħmir għall-iskejjel u assistenza materjali għal dawk l-aktar fil-bżonn. Wieħed mill-akbar programmi taħt l-istrument il-ġdid Next Generation EU huwa REACT-EU, li jippromwovi l-irkupru madwar l-UE billi jagħti spinta lit-tkabbir fir-reġjuni inqas żviluppati.

Fl-aħħar nett, ekonomija soċjali tas-suq b’saħħitha li tpoġġi l-benesseri tan-nies l-ewwel hija l-aktar mudell reżiljenti għal dinja postpandemika mmexxija mit-teknoloġija. Huwa għalhekk li f’Marzu 2021, ġie adottat il-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dan il-pjan ippropona t-tliet miri ewlenin ambizzjużi tal-UE għall-2030 li ġejjin.

78%
tal-popolazzjoni
tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għandu jkollhom impjieg sal-2030
60%
tal-adulti kollha
għandhom ta’ kull sena jipparteċipaw f’taħriġ sal-2030
15-il miljun
Tnaqqis ta’ mill-inqas ta’ 15-il miljun
fl-għadd ta’ nies f’risku ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali

Nippermettu li t-talent jiffjorixxi

F'Ġunju 2022, il-Kunsill adotta r-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontijiet individwali tat-tagħlim u l-mikrokredenzjali . Biex tiżgura li l-Ewropa tkompli tkun ta’ klassi dinjija fl-edukazzjoni, il-Kummissjoni nediet strateġija Ewropea għall-universitajiet li se ttejjeb ħafna l-kompetittività tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja tagħna permezz tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali akbar u aktar profonda.

It-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali jingħataw l-istatus ta’ impjieg legali li jikkorrispondi għall-arranġamenti tax-xogħol reali tagħhom u jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tax-xogħol u l-benefiċċji soċjali li huma intitolati għalihom.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

Kisbiet

Dwar il-Kummissjoni von der Leyen