Tagħrif ġenerali
Kull sena, f’Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament. Id-diskors iqis il-kisbiet tas-sena li tkun għaddiet u jippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li tkun ġejja.
Il-President tistabbilixxi wkoll kif il-Kummissjoni se tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea u l-ideat biex jissawwar il-futur tal-UE.
L-Istat tal-Unjoni 2025

Id-diskors tal-2025 tal-President von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni appella għal “Ewropa ġdida” mibnija fuq l-għaqda, l-indipendenza, u r-reżiljenza. Ħeġġeġ lill-UE biex tieħu f’idejha r-riedni tad-difiża, tat-teknoloġija, tal-enerġija, u tal-futur demokratiku tagħha filwaqt li tibqa’ tappoġġa bis-sħiħ lill-Ukrajna kontra l-aggressjoni Russa. Hija tkellmet ukoll dwar il-pjanijiet ambizzjużi li għandha fir-rigward tal-kompetittività ekonomika, tal-ġustizzja soċjali, tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, u tal-leadership globali. Saħqet li, fid-dinja inċerta tal-lum, l-Ewropa trid tipproteġi l-libertajiet u d-demokrazija tagħha billi taġixxi f’għaqda.
Diskorsi preċedenti mill-President von der Leyen

It-temi ewlenin: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-kompetittività ekonomika, soċjali, diġitali, u artifiċjali, il-migrazzjoni, l-appoġġ lill-Ukrajna

It-temi ewlenin: l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, kif għandha tingħeleb il-kriżi tal-enerġija, il-klima, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, l-appoġġ għall-intrapriżi Ewropej

It-temi ewlenin: il-COVID-19, is-saħħa globali, it-tilqim, Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, l-Unjoni Ewropea tad-Difiża, l-istat tad-dritt, u l-libertà tal-midja

It-temi ewlenin: il-pandemija tal-COVID-19, in-NextGenerationEU, l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, l-Istrateġija Industrijali, id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida