Is-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: "https://state-of-the-union.ec.europa.eu/index_mt"
Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat‑Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa ddisinjat biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inkluż il-persuni b’diżabbiltà.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bit-tastiera biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)
Dan is-sit web huwa ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2023.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fil-31 ta' Lulju 2023.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok żomm lura milli tipprovdi informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor).
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni huwa ddisinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem bil-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni:
- Video player – aċċessibbiltà bit-tastiera: Aħna konxji ta’ xi problemi marbuta mal-aċċessibbiltà tat-tastiera tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhuwiex possibbli li tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Videos: Il-videos fuq dan is-sit web ma għandhomx deskrizzjoni awdjo.
- Graffs u ċarts – użu tal-kulur: Xi graffs u ċarts fuq is-sit web jiddependu fuq il-kulur biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lin-nies daltoniċi. Fiċ-ċarts fejn it-tikketti ma jkunux assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, jekk tikklikkja fuq it-tikketti tad-didaskalija dan jattiva jew jiddiżattiva l-linja, l-iżbarra jew it-taqsima korrispondenti, li jippermetti lill-utenti jiċċekkjaw liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
- Formola ta’ feedback: Fil-formola ta’ feedback, xi buttuni tar-radju mhumiex raggruppati kif suppost u xi partijiet m'għandhomx kuntrast suffiċjenti. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
- Formola ta’ feedback – messaġġi ta’ żball: Il-messaġġi ta’ żball fil-formola ta’ feedback mhumiex assoċjati mal-qasam li fih instab l-iżball u ma jindikawx b’mod ċar f’liema qasam instab l-iżball. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
- Viżibbiltà ta’ Skiplink: L-iskiplink huwa l-ewwel link fuq il-paġna, iżda ma jsirx viżibbli meta tmur fuqu bit-tastiera. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.