Mur għall-kontenut ewlieni
alt=""
L-Istat tal-Unjoni 2023

Inizjattivi ewlenin

alt=""
Patt Ekoloġiku Ewropew
  • Organizzazzjoni ta’ sensiela ta’ Djalogi dwar Tranżizzjoni Nadifa mal-industrija biex jiġi żviluppat approċċ għal kull ekosistema industrijali, inkluża l-agrikoltura
  • Proposta ta’ pakkett Ewropew tal-Enerġija mir-Riħ biex jgħin jittaffew l-isfidi li qed tiffaċċja l-industrija tar-riħ tal-UE; l-għoti ta’ permessi aktar rapidi u t-titjib tas-sistemi tal-irkant
  • Tnedija ta’ investigazzjoni antisussidji dwar vetturi elettriċi li ġejjin miċ-Ċina
  • Tnedija ta’ djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura fl-UE
alt=""
Ekonomija, soċjetà u kompetittività
  • Organizzazzjoni ta’ Summit tas-Sħab Soċjali ġdid biex jiffoka fuq l-isfidi – minn nuqqas ta’ ħiliet u ħaddiema għal bidliet li jirriżultaw mill-intelliġenza artifiċjali
  • Ħatra ta’ mibgħut tal-UE għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jirrapporta lill-President tal-Kummissjoni
  • Tressiq ta’ proposti leġiżlattivi biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ rappurtar fil-livell Ewropew b’25%, biex ikun aktar faċli li jsir in-negozju
  • Rikjesta għal rapport minn Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, biex jiġi stabbilit kif l-UE tista’ tibqa’ kompetittiva filwaqt li tmexxi t-tranżizzjoni nadifa
alt=""
Intelliġenza diġitali u artifiċjali
  • Inizjattiva biex il-kompjuters ta’ prestazzjoni għolja tagħna jinfetħu għal negozji ġodda Ewropej tal-IA biex iħarrġu l-mudelli tagħhom
  • Appoġġ il-ħolqien ta’ panel globali li jiġbor xjenzati, kumpaniji tat-teknoloġija u esperti, biex jiġu identifikati opportunitajiet u riskji relatati mal-IA
  • Ħidma mas-settur tan-negozju dwar standards globali minimi għall-użu sikur u etiku tal-IA
alt=""
Ukrajna
  • Proposta biex tiġi estiża l-protezzjoni temporanja għall-Ukreni fl-UE
  • Implimentazzjoni tal-proposta għal Faċilità għall-Ukrajna, b’valur ta’ €50 biljun, għall-investiment u r-riformi fl-4 snin li ġejjin
alt=""
Tkabbir
  • Estenzjoni tar-rapporti tal-UE dwar l-Istat tad-Dritt għal dawk il-pajjiżi tal-adeżjoni li jaċċelleraw aktar malajr
  • Tnedija ta’ sensiela ta’ rieżamijiet tal-politika ta’ qabel it-tkabbir biex jitqies kif kull politika tal-UE jista’ jkollha bżonn tiġi adattata għal UE akbar
  • Preżentazzjoni ta’ ideat għad-diskussjoni tal-Mexxejja li għandha ssir taħt il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE
alt=""
Global Europe, migrazzjoni u sigurtà
  • Proposta ta’ approċċ strateġiku ġdid għall-Afrika, biex tiġi żviluppata sħubija ta’ benefiċċju reċiproku dwar kwistjonijiet komuni għaż-żewġ kontinenti
  • Organizzazzjoni ta’ konferenza internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti
  • 13 SETTEMBRU 2023
2023 State of the Union - Main initiatives