Mur għall-kontenut ewlieni

L-Istat tal-Unjoni 2020

Kull sena, il-President tal-Kummissjoni Ewropea twassal id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni

Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fis-16 ta’ Settembru 2020, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ippreżentat il-viżjoni tagħha għal Ewropa li toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija u twitti t-triq lejn vitalità ġdida. Bin-NextGenerationEU, l-Ewropa għandha opportunità ta’ darba biex twettaq bidla ppjanata. Għandha l-viżjoni, il-pjan, l-investiment. Sabiex l-Ewropa tkun tista’ ssir ekoloġika, diġitali u aktar reżiljenti, il-Kummissjoni Ewropea se tiffoka fuq:

  • il-protezzjoni tal-ħajja u tal-għajxien fl-Ewropa, is-saħħa taċ-ċittadini tagħna u l-istabbiltà tal-ekonomija tagħna
  • it-tisħiħ tal-elementi li jsawru l-Patt Ekoloġiku Ewropew u ambizzjonijiet akbar
  • it-tmexxija tat-trasformazzjoni diġitali, b’mod partikolari fir-rigward tad-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura
  • l-akbar sfruttament possibbli tas-suq uniku tagħna
  • it-tkomplija tar-reazzjoni globali hekk kif id-dinja qed tistenna vaċċin aċċessibbli, affordabbli u sikur kontra l-COVID-19
  • rispons aktar assertiv għal dak li jiġri fid-dinja u relazzjonijiet aktar profondi mal-eqreb ġirien u mas-sħab globali tal-UE
  • it-teħid ta’ approċċ ġdid lejn il-migrazzjoni filwaqt li nibqgħu għajnejna miftuħa dwar l-istat tad-dritt u nsawru unjoni fejn ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni ma jkunx hemm posthom
  • 4 AWWISSU 2022
Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2020
  • 4 AWWISSU 2022
State of the Union 2020 - President von der Leyen's speech, multilingual version

Inizjattivi proposti fl-Ittra ta’ Intenzjoni lill-President Sassoli u lill-Kanċillier Merkel

Fis-16 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Kanċillier Angela Merkel, bħala l-Presidenza tal-Kunsill, li fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu fis-sena li jmiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.

  • 16 SETTEMBRU 2020
L-Istat tal-Unjoni 2022 – L-ittra ta’ intenzjoni tal-President von der Leyen

Il-Kummissjoni Von der Leyen: sena wara

Sena  ilu,  il-Kummissjoni  von  der  Leyen  wiegħdet  dan  lill-Ewropa:  wegħedna  li  nkunu  determinati u kuraġġużi kull fejn naraw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew. Dan huwa sommarju tal-ewwel sena fil-kariga tat-tim von der Leyen – u ta’ kif wettaq l-impenji tiegħu.

  • 14 SETTEMBRU 2020
Il-Kummissjoni von der Leyen: L-ewwel sena

Dokumenti

  • 24 SETTEMBRU 2020
L-Istat tal-Unjoni 2020 – Il-fuljett
  • 15 SETTEMBRU 2020
L-Istat tal-Unjoni 2020 – Inizjattivi ewlenin