“L-istituzzjonijiet demokratiċi jridu kontinwament jiksbu u jiksbu mill-ġdid il-fiduċja taċ-ċittadini. Irridu nlaħħqu mal-isfidi l-ġodda li l-istorja dejjem tpoġġi quddiemna. Bħalma għamlu l-Ewropej meta miljuni ta’ Ukreni ġew iħabbtu fuq il-bieb tagħhom. Din hija l-Ewropa fl-aqwa tagħha. Unjoni ta’ determinazzjoni u solidarjetà.”
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
Aqra d-diskors sħiħ | Ara l-verżjoni internazzjonali tal-lingwa tas-sinjali
Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja
Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta’ Settembru 2022, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet l-inizjattivi ewlenin li l-Kummissjoni qed tippjana li twettaq fis-sena li ġejja. Ħafna minnhom isiru b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li ċ-ċittadini għamlu permezz tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
L-inizjattivi fost l-oħrajn jinkludu li:
- Inkomplu nappoġġjaw bil-qawwa l-Ukrajna u l-poplu tagħha, inkluż billi nimmobilizzaw il-qawwa sħiħa tas-Suq Uniku tal-UE
- Nimplimentaw miżuri li jappoġġjaw lill-Ewropej biex jegħlbu l-kriżi tal-enerġija
- Nappoġġjaw l-ambjent tan-negozju, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex tissaħħaħ il-kompetittività futura tal-Ewropa
- Innaqqsu d-dipendenza tal-UE fuq il-karburanti fossili Russi, u l-ħidma mill-qrib ma’ fornituri affidabbli
- Ninvestu aktar fl-enerġija rinnovabbli u l-idroġenu b’mod partikolari
- Immexxu b’mod globali fl-adattament għat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tan-natura tagħna
- Inkomplu niddefendu d-demokrazija, f’pajjiżna u madwar id-dinja, u l-istat tad-dritt
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Diskors kif mogħti mill-President von der Leyen
Inizjattivi ġodda
Fl-14 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Prim Ministru Petr Fiala tar-Repubblika Ċeka, li bħalissa għandha l-Presidenza tal-Kunsill. Fiha tagħti dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni beħsiebha tieħu fis-sena ta’ wara permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.
- Reviżjoni tar-regoli tas-suq intern tal-elettriku tal-UE
- Proposta biex jinħoloq Bank Ewropew tal-Idroġenu
- Reviżjoni tal-qafas dwar l-iskart biex jitnaqqas l-iskart, inkluż l-iskart tal-ikel, u l-impatt ambjentali tal-immaniġġjar tal-iskart *
- Proposta leġiżlattiva dwar il-pjanti prodotti minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda *
- Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali *
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- Att Ewropew dwar il-materja prima kritika *
- Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, inkluża d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard
- Inizjattiva dwar dinjiet virtwali, bħall-metaverse
- Pakkett ta’ Liċenzji għall-Privattivi
- Proposta leġiżlattiva dwar l-iskrinjar u r-reġistrazzjoni tal-asbestos fil-bini *
- Proposta għas-Sena Ewropea tal-Ħiliet
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- Rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 *
- Rieżami tal-Governanza Ekonomika
- Proposta leġiżlattiva dwar it-tieni sett ta’ riżorsi proprji ġodda *
- Proposta leġiżlattiva dwar in-Negozju fl-Ewropa: qafas għat-tassazzjoni tal-introjtu “BEFIT” *
- Aċċess għad-data fis-servizzi finanzjarji *
- Proposti leġiżlattivi dwar l-istabbiliment tal-euro diġitali *
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- Strateġija spazjali tal-UE għas-sigurtà u d-difiża *
- Aġenda Ġdida għall-Amerika Latina u l-Karibew
- Aġġornament tal-istrateġija tas-sigurtà marittima tal-UE
- Aġġornament tar-reġim ta’ sanzjonijiet b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali *
- Rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar
- Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal
- Inizjattiva dwar l-Akkademja tal-Ħiliet taċ-Ċibersigurtà
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- Pakkett għad-difiża tad-demokrazija, inkluża inizjattiva dwar il-protezzjoni tal-isfera demokratika tal-UE minn influwenza barranija moħbija
- Pakkett kontra l-korruzzjoni
- Proposta leġiżlattiva dwar karta Ewropea tad-diżabbiltà *
L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Il-Kummissjoni von der Leyen: 2021-2022
F’Diċembru 2019, il-Kummissjoni von der Leyen stabbilixxiet triq ġdida u ambizzjuża lejn Unjoni Ewropea aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar ġusta. Dan il-perkors inżamm, twettqu s-sitt ambizzjonijiet ewlenin kollha, filwaqt li ġew immaniġġjati żewġ kriżijiet bla preċedent – il-pandemija tal-coronavirus u l-gwerra mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Din hija retrospettiva tas-sena li għaddiet, li tinkludi l-azzjonijiet tagħna li nappoġġjaw l-Ukrajna u li naqtgħu d-dipendenza tal-UE fuq il-karburanti fossili Russi kif ukoll ix-xogħol tagħna li nwettqu l-prijoritajiet politiċi kollha. Dan kollu waqt li nsaħħu r-reżiljenza tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna.

- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Mumenti ewlenin 2021-2022
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska