Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
L-Istat tal-Unjoni
Negħlbu l-pandemija

Pijunier f’vaċċini u trattamenti sikuri u effettivi

It-tilqim
fl-UE
83.4%
tal-popolazzjoni adulta tal-UE
irċevew tilqim primarju (1 jew 2 doża) kontra l-COVID-19
62 %
tal-popolazzjoni adulta tal-UE
irċevew doża booster

Skeda ta’ żmien tal-approvazzjoni: Vaċċini sikuri u effettivi kontra l-COVID-19

  1. 21 ta' Diċembru 2020
    BioNTech-Pfizer
  2. 6 ta' Jannar 2021
    Moderna
  3. 29 ta' Jannar 2021
    AstraZeneca
  4. 11 ta' Marzu 2021
    Johnson & Johnson
  5. 20 ta' Diċembru 2021
    Novavax
  6. 24 ta' Ġunju 2022
    Valneva

Rispons rapidu għall-virus

Fil-bidu tal-pandemija, il-Kummissjoni daħlet fi ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem ma’ produtturi individwali tal-vaċċini f’isem l-Istati Membri. Bis-saħħa ta’ din il-prospettiva, u l-kapaċità li jiġu żgurati l-konsenji tal-vaċċini, l-Ewropa taffiet l-agħar pandemija f’seklu.

Kif sar dan?

Il-Kummissjoni ffinanzjat parti mill-ispejjeż li jiffaċċjaw il-produtturi tal-vaċċini mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza ta’ €2.7 biljun. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni żgurat għadd miftiehem ta’ vaċċini, iż-żmien tal-kunsinna u l-prezz. Billi għamlet hekk, il-Kummissjoni kkontribwiet għall-iżvilupp u l-manifattura ta’ vaċċini sikuri u effettivi fi żmien rekord.

Fil-każ ta’ varjanti ġodda, jekk vaċċin adattat jiġi awtorizzat sal-ħarifa 2022, l-UE se jkollha aċċess għall-konsenji fil-forma ta’ vaċċini adattati minn BioNTech-Pfizer u Moderna.

Progressjoni tal-ammont ta’ persuni mlaqqma fl-UE

 

Aktar mill-vaċċini

Kemm-il vaċċin tqassam s’issa?

Sitta
vaċċini
ġew awtorizzati, wara li għaddew minn uħud mill-aktar provi kliniċi u proċessi ta’ approvazzjoni regolatorji rigorużi fid-dinja
4.2 biljun
dożi tal-vaċċin
ġew żgurati
1.7 biljun
dożi tal-vaċċin
ġew ikkonsenjati

Kooperazzjoni u solidarjetà dinjija

Mill-bidu, l-UE impenjat ruħha favur il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Aħna sirna l-akbar fornitur uniku tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fid-dinja, u wieħed mid-donaturi ewlenin għall-COVAX, inizjattiva globali mmirata lejn aċċess ekwu għall-vaċċini kontra l-COVID-19. 

Rispons globali
għall-coronavirus
€2.4 biljun
dożi
tal-vaċċini kontra l-COVID-19 esportati mill-UE lejn 168 pajjiż
478 miljun
dożi
ingħataw b’donazzjoni lill-pajjiżi fil-bżonn, b’mod partikolari fl-Afrika, l-aktar permezz tal-COVAX

L-UE kienet fuq quddiem nett tar-rispons kummerċjali globali għall-pandemija. Matul it-12-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Ġunju 2022, il-membri qablu li jirrinunzjaw għal ċerti obbligi ta’ proprjetà intellettwali li jikkonċernaw il-vaċċini kontra l-COVID-19.

Ftuħ mill-ġdid tal-Ewropa u tad-dinja

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien innovazzjoni kruċjali fir-rispons tal-Ewropa, u malajr sar standard globali li għen biex jerġa’ jibda l-ivvjaġġar internazzjonali sikur. Minn Awwissu 2022, aktar minn 1.6 biljun persuna fid-dinja kollha jistgħu jużaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għall-ivvjaġġar internazzjonali tagħhom.

L-UE żviluppat standard globali: 48 pajjiż u territorju mhux tal-UE f’ħames kontinenti ngħaqdu mas-sistema, minbarra s-27 Stat Membru.

Naraw li d-dinja terġa’ tiċċaqlaq

Nibnu Unjoni Ewropea tas-saħħa b’saħħitha

L-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) qed tikkontribwixxi għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ mediċini, vaċċini u kontromiżuri mediċi oħra – bħat-tagħmir protettiv personali.

Sa mill-attivazzjoni tagħha, l-HERA:

  • Stabbilixxiet grupp ta’ esperti dwar il-varjanti tal-COVID-19 biex jimmonitorja l-mutazzjonijiet
  • xrat vaċċini kontra l-monkeypox
  • Waqqfet l-EU FAB – network ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza għall-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċini 
  • Bdiet taħżen tagħmir u drogi kontra theddid kimiku u nukleari

Tejbet u rawmet s-saħħa fl-UE.

Ħarset lin-nies fl-UE minn theddidiet transfruntieri serji għas-saħħa.

Intejbu l-prodotti mediċinali, l-apparat mediku u l-prodotti rilevanti għall-kriżijiet

Insaħħu s-sistemi tas-saħħa

Nibnu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa

L-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa, adottata f’Novembru 2020, tippreżenta inizjattivi konkreti biex jiġi żgurat aċċess għal mediċini sikuri, ta’ kwalità għolja, affordabbli għall-pazjenti, filwaqt li tindirizza il-bżonnijiet mediċi mhux sodisfatti. Timmira li ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, tindirizza n-nuqqasijiet u tippromwovi l-awtonomija strateġika tal-UE. F’Marzu 2022, il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ssaħħaħ biex jipprovdi għal monitoraġġ u mitigazzjoni aħjar tan-nuqqasijiet ta’ mediċini kritiċi.

Nużaw id-data biex jiġu salvati l-ħajjiet

Bis-saħħa tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija, u l-miżuri stabbiliti minn dak iż-żmien, l-UE issa tinsab f’pożizzjoni aktar b’saħħitha minn qatt qabel biex tiġġieled kontra kriżijiet tas-saħħa futuri.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

Kisbiet

dwar il-Kummissjoni von der Leyen