Mur għall-kontenut ewlieni
Illustrative image
Tmexxija tat-tranżizzjoni ekoloġika

Il-pjan direzzjonali tal-Ewropa biex issir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050.

L-ewwel kontinent newtrali għall-klima
sal-2050
Mill-inqas 55% inqas
emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, mqabbla mal-livelli tal-1990
Żero nett
emissjonijiet ta’ gassijiet serra - jew newtrali għall-klima - sal-2050

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-aktar pjan ta’ trasformazzjoni komprensiv fid-dinja u bis-saħħa tal-Liġi dwar il-Klima, l-Unjoni Ewropea poġġiet l-ambizzjoni tagħha tal-2050 f’liġi vinkolanti tal-UE. Bil-pakkett lesti għall-mira ta' 55%, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-sajf tal-2021, iddeskrivejna l-passi konkreti biex niksbu l-ambizzjoni tagħna u b’NextGenerationEU għandna l-investiment. Issa wasal iż-żmien li naċċelleraw l-implimentazzjoni, permezz tal-istrumenti li ġejjin kif muri fil-vista u fit-test ta’ hawn taħt:

Visual overview of green transition

Lesti għall-mira ta’ 55%, inkluż l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, ir-regolamenti u l-miri Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri | L-Użu ta’ fjuwils alternattivi u infrastruttura fit-trasport | It-Tassonomija tal-UE dwar attivitajiet sostenibbli | Mewġa ta’ rinnovazzjoni | L-Istrateġija għall-foresti | L-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt | Tniġġis żero L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti | Il-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari | L-Istrateġija tal-Bijodiversità |

Prodotti sostenibbli fis-suq tal-UE

2021
rat
10% inqas
konsum annwali tal-enerġija għal prodotti għall-konsumatur, bħal apparat domestiku
€120 biljun
mill-konsumaturi fl-UE

Restawr tan-natura

F’Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ liġijiet ġodda biex in-natura terġa’ lura fl-UE kollha. Il-liġi proposta dwar ir-restawr tan-natura hija pass ewlieni fil-prevenzjoni tal-agħar impatti tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità billi din tiffoka fuq ir-restawr tal-artijiet mistagħdra, ix-xmajjar, il-foresti, l-artijiet bil-ħaxix, l-ekosistemi marini u l-ambjenti urbani tal-UE, u l-ispeċijiet li jospitaw.

B’mod parallel, ir-regoli proposti ġodda dwar il-pestiċidi kimiċi se jnaqqsu l-użu tal-pestiċidi, inaqqsu l-impronta ambjentali tas-sistema tal-ikel tal-UE, jipproteġu s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini u tal-ħaddiema agrikoli u jgħinu biex jittaffa t-telf ekonomiku kkawżat minn tnaqqis fis-saħħa tal-ħamrija u mit-telf tad-dakkara kkawżat mill-pestiċidi.

Sal-2050
l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr għandhom jiġu mmirati
50%
tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi sal-2030
Mill-anqas 30%
ta’ żoni tal-art u tal-baħar rispettivament li għandhom jiġu protetti legalment sal-2030

Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-ħtieġa għal soluzzjonijiet minn isfel għal fuq u kokreattivi għat-tibdil fil-klima hija r-raġuni għaliex il-President von der Leyen nediet il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-2020. Din hija moviment biex it-tranżizzjoni ekoloġika ssir esperjenza sostenibbli u inklużiva għaċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Turi li l-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa aktar milli jinstabu soluzzjonijiet effettivi ta’ ispirazzjoni għat-tibdil fil-klima; huwa dwar it-titjib tal-ħajja tan-nies fil-mod kif infasslu u nibnu d-djar, l-irħula u l-bliet tagħna.

Biex tipprovdi spazju pubbliku għall-komunità li qed tikber, il-Kummissjoni nediet il-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fir-rebbiegħa 2022 u l-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fis-sajf. Il-laboratorju jappoġġja lill-komunità fl-ittestjar tal-għodod, is-soluzzjonijiet u l-miżuri ta’ politika li se jiffaċilitaw it-trasformazzjoni fil-prattika.

Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida
fl-2022
18
rebbieħa
4
kategoriji differenti*

*Konnessjoni mill-ġdid man-natura | Il-kisba mill-ġdid tas-sens ta’ appartenenza | Nagħtu prijorità lill-postijiet u lin-nies li huma l-iktar fil-bżonn | It-tiswir ta’ ekosistema industrijali ċirkolari u l-appoġġ għall-ħsieb taċ-ċiklu tal-ħajja

Inwittu t-triq fix-xena globali

Fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26) f’Novembru 2021, l-Unjoni Ewropea insistiet għal progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li żgurat li l-ambizzjoni globali li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1.5°C għadha tista’ tintlaħaq. Bħala reġjun innovattiv u industrijalizzat ħafna, it-tmexxija tal-UE qed tispira lil oħrajn madwarha biex isegwuha.

  • €1 biljun imwiegħda fil-COP26

    mill-Kummissjoni Ewropea biex tipproteġi l-foresti tad-dinja

  • Aktar minn 100 pajjiż ingħaqdu mal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan

    inizjattiva mnedija fil-COP26 mill-UE flimkien mal-Istati Uniti u s-sħab

F’Ġunju wkoll, fit-12-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-UE għenet biex jiġi żgurat ftehim storiku biex jiġu indirizzati s-sussidji dannużi għas-sajd fid-dinja. Il-ftehim se jipprojbixxi s-sussidji għas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u għall-istokkijiet tas-sajd eċċessiv. Biex dan jiġi infurzat, aħna żvelajna l-aġenda l-ġdida tagħna dwar il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

SOTEU footer green
Kisbiet

Dwar il-Kummissjoni von der Leyen