Mur għall-kontenut ewlieni
graphical banner with circles for state of the union
Id-demografija taż-żgħażagħ u d-diversità tal-Ewropa

Nagħmlu l-bidla

Realtà ġdida

Nadattaw għal popolazzjoni li qed tixjieħ

L-Ewropa għaddiet minn tibdil demografiku profond u għadha għaddejja minnu. Fl-UE, l-istennija tal-għomor mat-twelid żdiedet b’10 snin f’dawn l-aħħar ħames deċennji. Dan huwa riżultat eċċezzjonali, u juri s-saħħa u l-valur tal-ekonomija soċjali tas-suq tagħna. Madankollu, popolazzjoni li qed tixjieħ għandha impatt fuq il-mod kif ngħixu, u l-mudell soċjali u l-politiki tagħna jeħtieġ li jiġu adattati għall-pass ta’ din ir-realtà l-ġdida.

X’qiegħda tagħmel il-Kummissjoni bħala tweġiba?

  • l-adozzjoni tal-Green Paper dwar it-Tixjiħ kmieni fil-mandat tagħna.
  • It-tnedija ta’ dibattitu pubbliku wiesa’ dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jittrattaw l-impatti fit-tul tat-tixjiħ, li jaffettwa l-ġenerazzjonijiet kollha. Ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika se jkun rifless b’mod ġenerali fl-istrateġija Ewropea għall-kura, li se jiġi ppreżentat f’Settembru 2022.

Nixprunaw iż-żoni rurali

Iż-żoni rurali huma sawwara attivi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-UE. Il-libertà li persuna taħdem jew tistudja mill-bogħod qiegħda malajr issir realtà għal ħafna nies li jgħixu fl-UE, u b’hekk qed jinfetħu possibbiltajiet ġodda għall-familji żgħażagħ, għan-negozji u għall-komunitajiet rurali. L-innovazzjonijiet fl-agrikoltura sostenibbli mhumiex biss tajbin għas-saħħa tan-nies u l-klima, iżda wkoll għas-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa.

Iż-żoni rurali tal-Ewropa:
sawwara attivi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-UE
30%
tal-popolazzjoni tal-UE (137 miljun persuna) jgħixu f’żoni rurali
80%
tat-territorju tal-UE huwa rurali

Kif il-Kummissjoni qed tappoġġja ż-żoni rurali

  1. Ġunju 2021
    Imnedija viżjoni fit-tul

    It-triq lejn żoni rurali b’saħħithom, konnessi u prosperi hija stabbilita.

  2. Diċembru 2021
    Il-Patt Rurali

    Se jinvolvi l-vuċijiet u l-fehmiet tal-komunitajiet rurali. Pjan ta’ azzjoni rurali, maħluq b’mod konġunt, se jgħin biex il-viżjoni fit-tul tinbidel f’realtà.

  3. Ġunju 2022
    Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

    Il-25 pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza adottati biex jappoġġjaw iż-żoni rurali u remoti b’finanzjament ta’ madwar € 14.6-il biljun, inklużi l-investiment u r-riformi għar-restawr tan-natura, il-konnessjonijiet tal-internet b’veloċità għolja u l-ferroviji lokali.

Il-migrazzjoni – it-triq ’il quddiem

Progress dwar il-migrazzjoni u l-ażil

  1. Settembru 2020
    Patt ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil

    Il-patt il-ġdid jgħaqqad il-ġestjoni tal-fruntieri robusta u ġusta ma’ regoli effiċjenti u umani dwar l-ażil u l-migrazzjoni.

  2. Ġunju 2021
    Strateġija ġdida ta’ Schengen

    Il-Kummissjoni ppreżentat strateġija ġdida biex issaħħaħ iż-żona Schengen biex tiżgura l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE, iżżid il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, ittejjeb it-tħejjija u l-governanza u tlesti t-tkabbir taż-żona Schengen.

  3. Jannar 2022
    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tibda l-operazzjonijiet

    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tibda l-ħidma tagħha ta’ appoġġ għall-pajjiżi tal-UE fl-applikazzjoni tal-pakkett ta’ liġijiet tal-UE li jirregola l-ażil, il-protezzjoni internazzjonali u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, magħrufa bħala s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA).

Żgħażagħ

Kif il-Kummissjoni qed tinvolvi liż-żgħażagħ

  • Inizjattiva ġdida msejħa ALMA (aspira, tgħallem, aħkem, ikseb) tnediet mill-Kummissjoni fl-2022 biex tgħin liż-żgħażagħ l-aktar vulnerabbli jew żvantaġġati jaċċessaw is-suq tax-xogħol
  • il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, imnedija fl-2020, hija impenn mill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li kull persuna taħt l-età ta’ 30 sena tirċievi offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien erba’ xhur minn meta tkun qiegħda jew minn meta titlaq mill-edukazzjoni

L-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej

Issa fl-10 sena tagħha, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod uniku għan-nies biex jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi liġijiet ġodda. Ladarba inizjattiva tilħaq miljun firma, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Sa minn nofs Settembru 2021, il-Kummissjoni rreġistrat 10 inizjattivi ġodda taċ-ċittadini Ewropej, li talbu għal azzjoni tal-UE f’oqsma li jvarjaw minn kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fis-settur tal-ħwejjeġ għat-tassazzjoni ta’ prodotti ekoloġiċi u aktar drittijiet tal-annimali. Barra minn hekk, minn dak iż-żmien ’l hawn, tlett inizjattivi oħra li jittrattaw il-bijodiversità ġabru aktar minn miljun firma li jeħtieġ li jiġu vverifikati mill-awtoritajiet nazzjonali:  

  • Inwaqqfu t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar – Inwaqqfu l-kummerċ tagħhom
  • Insalvaw in-naħal u l-bdiewa! Għal agrikoltura favur in-naħal għal ambjent san
  • Insalvaw il-kożmetiċi mingħajr krudeltà – Impenn għal Ewropa mingħajr ittestjar fuq l-annimali
10 snin
tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej
10
inizjattivi ġodda taċ-Ċittadini Ewropej ġew irreġistrati minn nofs Settembru 2021
3
inizjattivi ġabru aktar minn miljun firma taċ-ċittadini minn nofs Settembru 2021

Involviment pubbliku akbar fit-tfassil tal-politika

Kif il-Kummissjoni qed tinvolvi liż-żgħażagħ?

  • il-pubbliku u l-partijiet ikkonċernati jistgħu jipprovdu input online permezz tal-portal Semma’ Leħnek matul iċ-ċiklu kollu tat-tfassil tal-politika
  • f’Novembru 2021, biex tkompli tissimplifika l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Kummissjoni introduċiet is-sejħiet uniċi għall-evidenza, approċċ li għaqqad żewġ passi preċedenti
  • il-konsultazzjonijiet saru aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà
  • il-Komunità tar-riċerka xjentifika hija mħeġġa tippreżenta r-riċerka xjentifika rilevanti mill-bidu tal-konsultazzjonijiet

Riżultati tas-sensibilizzazzjoni dwar l-involviment fit-tfassil tal-politika

5,000
opportunitajiet ta’ feedback ippubblikati
3 miljuni
kontribuzzjonijiet riċevuti
600,000
kontribuzzjonijiet dwar aktar minn 800 inizjattiva ta’ politika mid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021

Iċ-ċittadini jsawru l-futur tal-Ewropa

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tat liċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja vuċi akbar f’dak li l-UE għandha tagħmel fil-futur.

Eżiti tal-konferenza

49
proposti
326
miżuri konkreti
6,500+
Avvenimenti organizzati

Xi jmiss?

Il-Kummissjoni stabbilixxiet erba’ linji ta’ ħidma biex twieġeb għall-proposti tal-konferenza. L-ewwel ġabra ta’ proposti ġodda se titħabbar fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President von der Leyen f’Settembru 2022. Dawn il-proposti se jkunu fost dawk li għandhom jiġu inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2023. Fil-ħarifa 2022 se tiġi organizzata attività ta’ feedback dwar il-konferenza, biex iċ-ċittadini li ħadu sehem fil-konferenza jinżammu infurmati u biex jinżamm il-momentum.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

SOTEU 2022 banner
Kisbiet

dwar il-Kummissjoni von der Leyen