“L-Unjoni tagħna se tkun aktar b’saħħitha jekk tkun aktar bħall-ġenerazzjoni li jmiss tagħna: riflettiva, determinata u waħda li tindokra. Imsejsa fuq il-valuri u kuraġġuża fl-azzjoni. Dan l-ispirtu se jkun aktar importanti minn qatt qabel fit-tnax-il xahar li ġejjin.”
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja
Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fil-15 ta’ Settembru 2021, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet l-inizjattivi ewlenin li l-Kummissjoni qed tippjana li twettaq fis-sena li ġejja. Fost l-oħrajn, dawn se jinkludu:
- It-tkomplija tal-isforzi tat-tilqim fl-Ewropa u t-tħaffif tat-tilqim globalment, kif ukoll it-tisħiħ tal-istat ta’ tħejjija għall-pandemija
- Ħidma biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament għall-klima, flimkien mas-sħab globali tagħna
- It-tmexxija tat-trasformazzjoni diġitali li se toħloq l-impjiegi u tixpruna l-kompetittività, filwaqt li jiġu żgurati l-eċċellenza teknika u s-sigurtà tal-provvista
- L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ġusti u kura tas-saħħa aħjar, u l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej biex jibbenefikaw mill-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew
- It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħna fis-sigurtà u d-difiża, u l-approfondiment tas-sħubija tal-UE mal-eqreb alleati tagħha
- Id-difiża tal-valuri u l-libertajiet Ewropej, u l-protezzjoni tal-istat tad-dritt
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Inizjattivi proposti
Fil-15 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Prim Ministru Janez Janša, bħala l-Presidenza tal-Kunsill, li fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu fis-sena li jmiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.
- Proposta leġiżlattiva dwar il-ġestjoni integrata tal-ilma - sustanzi niġġiesa tal-ilma tas-superfiċje u ta’ taħt l-art
- Proposta leġiżlattiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju
- Proposta leġiżlattiva dwar id-dritt għat-tiswija
- Proposta leġiżlattiva dwar qafas tal-UE għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tat-trasport u l-loġistika
- Proposta leġiżlattiva għat-tnaqqis tar-rilaxx ta’ mikroplastiċi fl-ambjent u għal restrizzjoni fuq iż-żieda ta’ mikroplastiċi għall-prodotti
- Att Ewropew dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika
- Att Ewropew dwar iċ-Ċipep
- Pjan direzzjonali dwar it-teknoloġiji tas-sigurtà u d-difiża
- Proposta leġiżlattiva dwar it-tiswir ta’ sistema ta’ komunikazzjoni globali sikura tal-UE bbażata fl-ispazju
- Rieżami tal-politika tal-kompetizzjoni: – li tkun lesta għal sfidi ġodda
- Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib fil-provvista ta’ ħiliet diġitali
- Proposta leġiżlattiva dwar Strument ta’ Emerġenza għas-Suq Uniku
- Proposta leġiżlattiva dwar servizzi multimodali ta’ mobbiltà diġitali
- Proposta leġiżlattiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji marbuta mal-esponiment għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol
- Proposta leġiżlattiva għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kapital minn impriżi żgħar u medji
- Inizjattiva dwar pagamenti istantanji fl-UE
- Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-swieq kapitali inkluża l-inizjattiva dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt sostantiv dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza
- Proposta leġiżlattiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim dinji tal-OECD dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni
- Proposta leġiżlattiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim dinji tal-OECD dwar tassazzjoni minima effettiva
- Inizjattiva dwar Portal Dinji għall-konnettività
- Emenda għar-Regolament dwar l-Istatut tal-Imblukkar
- Strateġija dwar l-impenn internazzjonali fl-enerġija
- Komunikazzjoni Konġunta dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani
- Komunikazzjoni Konġunta dwar sħubija mal-Golf
- Strateġija Ewropea dwar l-Indukrar
- Proposta leġiżlattiva dwar l-obbligu tal-linji tat-trasport li jikkomunikaw data antiċipata dwar il-passiġġieri
- Proposta leġiżlattiva dwar qafas għal aċċess reċiproku għal uffiċjali ewlenin għal informazzjoni marbuta mas-sigurtà, bejn l-UE u pajjiżi terzi kruċjali, fil-ġlieda kontra t-theddid komuni għas-sigurtà
- Proposta għall-aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining kontra l-kanċer
- Att dwar il-Libertà tal-Media
- Inizjattiva leġiżlattiva dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti kriminali
- Proposta leġiżlattiva dwar ir-rikonoxximent tal-paternità bejn l-Istati Membri
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Il-Kummissjoni von der Leyen: il-kisbiet tal-2020-2021
Wara waħda mill-aktar snin iebsin fl-istorja tagħha, l-Ewropa qed tħares lejn il-futur b’tama mġedda.
Mill-ħarifa tal-2020 ’l hawn il-pandemija reġgħet laqtitna b’aktar qawwa. B’reazzjoni għal dan, l-Unjoni Ewropea rduppjat l-isforzi tagħha – b’mod partikolari biex takkwista vaċċini għall-Ewropej kollha, biex issaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kontra l-pandemija u biex l-Ewropa toħroġ mill-kriżi u tibda l-irkupru permezz tan-NextGenerationEU.
Din hija retrospettiva tas-sena li għaddiet, li tinkludi l-isforzi tagħna biex nindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19 u l-ħidma tagħna biex inwettqu l-prijoritajiet politiċi kollha, mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, għall-azzjonijiet tagħna fl-oqsma tas-sikurezza, id-demokrazija u s-saħħa għaċ-ċittadini tal-Ewropa.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Mumenti Ewlenin
- Awwissu 2021
- Minn Diċembru 2020 ġew amministrati 522.4 miljun doża tal-vaċċin fl-UE, u aktar minn 250 miljun ċittadin tal-UE huma kompletament imlaqqma. (25 ta’ Awwissu)
- Lulju 2021
- Il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja: il-Kummissjoni tagħmel riforma mill-qiegħ tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. (20 ta' Lulju)
- L-Istat tad-Dritt 2021: ir-rapport tal-UE juri żviluppi pożittivi fl-Istati Membri iżda jindika wkoll tħassib serju (20 ta' Lulju)
- L-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-foresti għandha l-għan li tiżgura foresti b’saħħithom u reżiljenti li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-bijodiversità u l-għanijiet klimatiċi. (16 ta' Lulju)
- Il-Kummissjoni tadotta pakkett ta’ proposti sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, l-użu tal-art, it-trasport u t-tassazzjoni jsiru adegwati biex l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b’mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. (14 ta' Lulju)
- Biex iżżid il-livell ta’ ambizzjoni tagħha dwar il-finanzjament sostenibbli, il-Kummissjoni tadotta l-proposta tal-Istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi li toħloq standard volontarju ta’ kwalità għolja għall-bonds li jiffinanzjaw l-investiment sostenibbli. (6 ta' Lulju)
- Ġunju 2021
- Waqt is-Summit fi Brussell, il-mexxejja tal-UE u tal-Istati Uniti jimpenjaw ruħhom li jtemmu l-pandemija tal-COVID-19 u li jmexxu ’l quddiem l-irkupru globali. (15 ta’ Ġunju)
- Il-Kummissjoni tipproponi qafas għal identità diġitali Ewropea affidabbli u sigura li se tkun disponibbli għaċ-ċittadini, ir-residenti u l-impriżi kollha tal-UE. (3 ta’ Ġunju)
- Il-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida biex tagħmel l-akbar żona tal-ivvjaġġar liberu fid-dinja – iż-żona Schengen – aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti. (2 ta’ Ġunju)
- It-tnedija tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kapitlu ġdid fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera. (1 ta’ Ġunju)
- Mejju 2021
- Id-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji hija rratifikata mill-Istati Membri kollha, u tippermetti lill-Kummissjoni tibda tissellef biex tiffinanzja l-irkupru skont in-NextGenerationEU. (31 ta’ Mejju)
- L-UE tiddeskrivi pakkett ta’ appoġġ ekonomiku ta’ €3 biljun għal Belarussja demokratika futura. (28 ta’ Mejju)
- Il-Kummissjoni tippreżenta gwida biex issaħħaħ il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni, l-ewwel għodda ta’ dan it-tip fid-dinja. (26 ta’ Mejju)
- Huma żborżati €14.1-il biljun lil 12-il Stat Membru bħala s-seba’ pagament parzjali tal-appoġġ finanzjarju skont l-istrument SURE. Sa issa minn SURE ibbenefikaw sa 30 miljun ħaddiem u 2.5 miljun ditta. L-UE diġà pprovdiet total ta’ madwar €90 biljun lil 19-il Stat Membru. (25 ta’ Mejju)
- Fis-Summit dwar is-Saħħa Globali ospitat b’mod konġunt mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru Taljan Mario Draghi, il-mexxejja tal-G20 jimpenjaw ruħhom għal sensiela ta’ azzjonijiet biex iħaffu t-tmiem tal-kriżi tal-COVID-19 kullimkien u biex iħejju aħjar għal pandemiji futuri. (21 ta’ Mejju)
- Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tħabbar inizjattiva ta’ €1 biljun tat-Tim Ewropa dwar il-manifattura u l-aċċess għat-tilqim, il-mediċini u t-teknoloġiji tas-saħħa fl-Afrika. (21 ta’ Mejju)
- L-Istati Membri tal-UE jaqblu li jerġgħu jiftħu għall-vjaġġaturi mlaqqma minn barra l-UE. (20 ta’ Mejju)
- Il-Kummissjoni tiffirma t-tielet kuntratt mal-kumpaniji farmaċewtiċi BioNTech u Pfizer, u tirriżerva 1.8 biljun doża addizzjonali tal-vaċċin tagħhom f’isem l-Istati Membri kollha tal-UE bejn tmiem l-2021 u l-2023. (20 ta’ Mejju)
- Tiġi adottata komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni tal-impriżi għas-Seklu 21 biex tippromwovi sistema tat-taxxa għall-impriżi b’saħħitha, effiċjenti u ġusta fl-UE. (18 ta’ Mejju)
- Il-Patt Ekoloġiku Ewropew: il-Kummissjoni tipproponi ekonomija blu sostenibbli fl-UE għall-industriji u s-setturi konnessi mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti. (17 ta’ Mejju)
- Waqt is-Summit dwar il-Finanzjament tal-Ekonomiji Afrikani, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tħabbar inizjattiva tat-Tim Ewropa b’appoġġ għall-irkupru tal-Afrika mill-pandemija tal-COVID-19. (15 ta’ Mejju)
- Sabiex tmexxi lill-UE lejn l-għan tal-2050 ta’ pjaneta b’saħħitha għal persuni b’saħħithom, il-Kummissjoni tadotta l-pjan ta’ azzjoni tal-UE “Lejn tniġġis żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija”. (12 ta’ Mejju)
- F’Jum l-Ewropa 2021, fi Strasburgu jsir l-avveniment inawgurali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. (9 ta’ Mejju)
- Fil-Laqgħa bejn il-Mexxejja tal-UE u tal-Indja f’Porto, u permezz ta’ videokonferenza, l-UE u l-Indja jikkonkludu sħubija ta’ konnettività komprensiva, li tikkonferma l-impenn tagħhom li jikkollaboraw biex jappoġġjaw konnettività reżiljenti u sostenibbli kemm fl-Indja kif ukoll f’pajjiżi u reġjuni terzi. (8 ta’ Mejju)
- L-istituzzjonijiet tal-UE, is-sħab soċjali Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jwiegħdu li jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jibnu Ewropa soċjali aktar inklużiva fis-Summit Soċjali f’Porto. (7-8 ta’ Mejju)
- Tiġi aġġornata l-Istrateġija Industrijali tal-UE biex tiżgura li l-ambizzjoni industrijali tal-Ewropa tqis għalkollox iċ-ċirkostanzi l-ġodda ta’ wara l-kriżi tal-COVID-19 u tgħin tmexxi t-trasformazzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, diġitali, reżiljenti u kompetittiva globalment. (5 ta’ Mejju)
- April 2021
- Finanzi Sostenibbli u tassonomija tal-UE: il-Kummissjoni tieħu aktar passi biex tidderieġi l-flus lejn attivitajiet sostenibbli. (21 ta’ April)
- Il-Kummissjoni tipproponi regoli u azzjonijiet ġodda għall-eċċellenza u l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali, bil-għan li l-UE tinbidel f’ċentru globali għal intelliġenza artifiċjali affidabbli. (21 ta’ April)
- Il-ftehim ta’ sħubija l-ġdid bejn l-UE u l-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni politika, ekonomika u settorjali għall-20 sena li ġejjin. (15 ta’ April)
- Biex tfixkel il-mudelli kummerċjali transfruntieri tal-organizzazzjonijiet kriminali, il-Kummissjoni tippreżenta strateġija tal-UE biex tittratta l-kriminalità organizzata, flimkien ma’ strateġija ġdida dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, maħsubin biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-kriminalità, iressqu lit-traffikanti quddiem il-ġustizzja u jagħtu s-setgħa lill-vittmi. (14 ta’ April)
- Marzu 2021
- Il-Patt Ekoloġiku Ewropew: il-Kummissjoni tippreżenta miżuri biex tkabbar il-produzzjoni organika. (25 ta’ Marzu)
- L-UE tistabbilixxi qafas ta’ politika komprensiv ġdid biex tiżgura li d-drittijiet kollha tat-tfal jiġu protetti u tipproponi li tiġi stabbilita Garanzija Ewropea għat-Tfal. (24 ta’ Marzu)
- Jitnieda l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni biex jgħin jibdel l-ideat xjentifiċi f’innovazzjonijiet rivoluzzjonarji. (18 ta’ Marzu)
- Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ ċertifikat diġitali li jiffaċilita l-moviment sikur u liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. (17 ta’ Marzu)
- Ir-raba’ vaċċin sikur u effettiv kontra l-COVID-19 huwa awtorizzat għall-użu fl-UE. (11 ta’ Marzu)
- Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, il-Prim Ministru tal-Portugall António Costa, f’isem il-Presidenza tal-Kunsill, u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen jiffirmaw id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. (10 ta’ Marzu)
- Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa: il-Kummissjoni tistabbilixxi l-perkors lejn Ewropa b’awtonomizzazzjoni diġitali sal-2030. (9 ta’ Marzu)
- Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi ambizzjoni għal Ewropa soċjali b’saħħitha. (4 ta’ Marzu)
- Trasparenza fil-pagi: il-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar it-trasparenza fil-pagi biex tiżgura li n-nisa u l-irġiel fl-UE jkollhom paga ugwali għal xogħol ugwali. (4 ta’ Marzu)
- Unjoni ta’ ugwaljanza: il-Kummissjoni tippreżenta l-istrateġija tagħha 2021–2030 għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, biex tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà. (3 ta’ Marzu)
- Frar 2021
- Fis-Summit tal-G7, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tħabbar l-irduppjar tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-COVAX, il-faċilità dinjija għall-aċċess universali għall-vaċċini, minn €500 miljun għal €1 biljun. (19 ta’ Frar)
- Il-Kummissjoni tistabbilixxi politika kummerċjali tal-UE miftuħa, sostenibbli u assertiva għas-snin li ġejjin. (18 ta’ Frar)
- Tiġi ppreżentata strateġija ġdida biex jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli. (17 ta’ Frar)
- Sabiex l-Ewropa titħejja għat-theddida ta’ varjanti ġodda, il-Kummissjoni tipproponi pjan ġdid ta’ tħejjija għall-bijodifiża, l-inkubatur HERA. (17 ta’ Frar)
- Il-Parlament Ewropew jikkonferma l-qbil politiku li ntlaħaq dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-istrument ewlieni fil-qalba tan-NextGenerationEU. (10 ta’ Frar)
- L-UE tipproponi aġenda ġdida għall-Mediterran, biex issaħħaħ is-sħubija strateġika mas-sħab tagħha tal-Viċinat tan-Nofsinhar. (9 ta’ Frar)
- Jannar 2021
- Il-Kummissjoni tawtorizza t-tielet vaċċin sikur u effettiv kontra l-COVID-19. (29 ta’ Jannar)
- Il-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ trasparenza u ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet tal-vaċċini kontra l-COVID-19. (29 ta’ Jannar)
- Il-Kummissjoni tniedi l-fażi tad-disinn tal-inizjattiva “Bauhaus Ewropea l-Ġdida”, bil-għan li tgħaqqad id-disinn, is-sostenibbiltà u l-investiment biex tgħin fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. (18 ta’ Jannar)
- Diċembru 2020
- L-ewwel Ewropej jitlaqqmu kontra l-COVID-19. (27 ta’ Diċembru)
- Wara negozjati intensivi, il-Kummissjoni tilħaq ftehim mar-Renju Unit dwar it-termini tar-relazzjoni futura tiegħu mal-UE. (24 ta’ Diċembru)
- Il-Kummissjoni tawtorizza l-ewwel vaċċin sikur u effettiv kontra l-COVID-19. (21 ta’ Diċembru)
- Fil-Kunsill jiġi adottat il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027, li jammonta għal €1,211 triljun fi prezzijiet attwali. (17 ta’ Diċembru)
- L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali: tiġi proposta riforma ambizzjuża tal-ispazju diġitali, flimkien ma’ sett komprensiv ta’ regoli ġodda għas-servizzi diġitali kollha. (15 ta’ Diċembru)
- Il-Patt Ekoloġiku Ewropew: issir proposta għal regolament dwar batteriji sostenibbli għal ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima. (10 ta’ Diċembru)
- Il-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea biex tawtonomizza liċ-ċittadini u tibni demokraziji aktar reżiljenti fl-UE. (3 ta’ Diċembru)
- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti: l-UE tipproponi aġenda transatlantika ġdida, li tħares ’il quddiem għall-kooperazzjoni globali. (2 ta’ Diċembru)
- Novembru 2020
- Ikun ippreżentat pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneri biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-empanċipazzjoni tan-nisa fl-aspetti kollha tal-azzjoni esterna tal-UE. (25 ta’ Novembru)
- Il-Kummissjoni approvat il-kuntratt mal-kumpanija farmaċewtika, Moderna, li jipprevedi l-akkwist inizjali ta’ 80 miljun doża f’isem l-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien ma’ għażla li jinxtraw sa 80 miljun doża oħra. (25 ta’ Novembru)
- Il-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel strateġija tal-UE għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ. (12 ta’ Novembru)
- Il-Kummissjoni approvat il-kuntratt mal-kumpaniji farmaċewtiċi, BioNTech u Pfizer, li jipprevedi l-akkwist inizjali ta’ 200 miljun doża f’isem l-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien ma’ opzjoni li jinxtraw sa 100 miljun doża oħra. (11 ta’ Novembru)
- Titnieda l-aġenda l-ġdida tal-konsumatur biex tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tal-UE biex ikollhom rwol attiv fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. (11 ta’ Novembru)
- Jittieħdu l-ewwel passi lejn il-bini ta’ unjoni Ewropea tas-saħħa, biex jiġu żgurati tħejjija u rispons aktar b’saħħithom matul il-kriżijiet tas-saħħa attwali u futuri. (11 ta’ Novembru)
- Ottubru 2020
- Il-Kummissjoni tipproponi Direttiva tal-UE biex tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni jkunu protetti minn pagi minimi adegwati li jippermettu għixien deċenti irrispettivament minn fejn jaħdmu. (28 ta’ Ottubru)
- €17-il biljun huma żborżati lil Spanja, l-Italja u l-Polonja bħala l-ewwel pagament tal-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri skont l-istrument SURE. Sa issa minn SURE bbenefikaw sa 30 miljun ħaddiem u 2.5 miljun ditta. L-UE diġà pprovdiet total ta’ madwar €90 biljun lil 19-il Stat Membru. (27 ta’ Ottubru)
- Il-Kummissjoni toħroġ bond soċjali inawgurali ta’ €17-il biljun permezz tal-istrument SURE tal-UE biex tħares l-impjiegi u tgħin lin-nies iżommu l-impjiegi. (21 ta’ Ottubru)
- Il-Patt Ekoloġiku Ewropew: Il-Kummissjoni tadotta strateġija ġdida dwar is-sustanzi kimiċi biex taħdem lejn ambjent ħieles mit-tossini. (14 ta’ Ottubru)
- il-Kummissjoni approvat il-kuntratt mal-kumpanija farmaċewtika Janssen Pharmaceutica NV li jippermetti li l-pajjiżi tal-UE jakkwistaw vaċċini għal 200 miljun persuna u l-possibbiltà li jinxtraw aktar vaċċini għal 200 miljun ruħ oħra. Il-Kummissjoni diġà għamlet l-ewwel ftehim mal-kumpajina farmaċewtika AstraZeneca fl-14 ta’ Awwissu. Dan il-ftehim jirrappreżenta l-bażi għax-xiri ta’ 300 miljun doża tal-vaċċin, b’għażla li jinxtraw 100 miljun aktar, f’isem l-Istati Membri tal-UE. (8 ta’ Ottubru)
- Il-Kummissjoni tniedi pjan ġdid ta’ 10 snin li jappoġġja lir-Rom fl-UE. (7 ta’ Ottubru)
- Jiġi adottat pjan ekonomiku u ta’ investiment komprensiv biex jixpruna l-irkupru fit-tul tal-Balkani tal-Punent u jrawwem l-integrazzjoni reġjonali. (6 ta’ Ottubru)
- Settembru 2020
- Il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta’ finanzjament diġitali, inklużi strateġija ta’ finanzjament diġitali u proposti leġislattivi dwar il-kriptoassi u r-reżiljenza diġitali, għal settur finanzjarju kompetittiv tal-UE li lill-konsumaturi jagħtihom aċċess għal prodotti finanzjarji innovattivi, filwaqt li jiġu żgurati l-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja. (24 ta’ Settembru)
- Patt ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jipprevedi proċeduri mtejba u aktar rapidi fis-sistema kollha tal-ażil u l-migrazzjoni u jistabbilixxi ekwilibriju tal-prinċipji ta’ kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u s-solidarjetà. (23 ta’ Settembru)
- Unjoni ta’ Ugwaljanza: il-Kummissjoni tressaq l-ewwel pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu. (18 ta’ Settembru)
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Dokumenti
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska